4.2.08

Karnival li ġibed l-eluf

Għal sena oħra eluf ta' Maltin reġgħu qasmu lejn Għawdex għall-wijkend tal-karnival. Għal sena oħra kellna l-lukandi ta' Għawdex mimlija. Kellna r-ristoranti jirreġistraw attività akbar minn tas-soltu. U fuq kollox kellna lil Għawdex ħaj - b'attivitajiet ma jaqtgħu xejn. Bi spettaklu offrut b'xejn. Barranin, Maltin u Għawdxin ingħaqdu flimkien f'ċelebrazzjoni waħda kbira.

F'isem sħabi fil-Kunsill Lokali tan-Nadur nirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom sabiex għal darb'oħra l-Karnival tan-Nadur seta' jkun suċċess fenomenali. Il-ħidma tagħna waslet biex numru rekord ta' Maltin u turisti qasmu lejn Għawdex għall-karnival tagħna, bil-gżira kollha tgawdi jiem ta' kummerċ qawwi. L-eluf ta' nies li ħonqu t-toroq prinċipali tan-Nadur fi tmiem il-ġimgħa għall-karnival spontanju tagħna u għar-rock festival internazzjonali li organizzajna huwa xhieda ta' fejn nistgħu naslu meta kulħadd jiġbed ħabel wieħed.

Għal sett ta' ritratti tal-karnival ta' din is-sena żur is-sit tal-Kunsill Lokali tan-Nadur billi tikklikkja hawn.

2 comments:

Anonymous said...

Proset cris, al sena ohra karnival success...ghawdex haj...kummerc qawwi...GHAWDEX TAGHNA GHANDU BZONN NIES BHALEK.

Anonymous said...

Karnival mill-aqwaaaa. Prosit Chriss