Dr Chris Said ilu Sindku tan-Nadur għal dawn l-aħħar disa' snin u huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq it-13-il distrett. Ftit tal-ġimgħat ilu l-Unjoni Ewropea għażlet lin-Nadur bħala waħda mill-aqwa għaxar destinazzjonijiet rurali emerġenti fl-Ewropa.
"Dan huwa mument importanti għal Għawdex tagħna. Għax filwaqt li rridu nwettqu l-bidla li lkoll nixtiequ ma nistgħux inpoġġu f'riskju dak li jagħmlu uniku. Huwa bilanċ delikat li mhux biss jeħtieġ jinżamm imma li għandu jkun is-sigriet għas-suċċess tal-gżira tagħna."
No comments:
Post a Comment