16.1.08

Karnival 2008

Il-karnival huwa l-aktar avveniment xitwi li jattira turiżmu lejn Għawdex. Madwar tradizzjoni antika li ħallewlna missirijietna, fin-Nadur ta' kull sena qed norganizzaw programm ta' attivitajiet li jiġbdu eluf ta' nies u li jagħmlu lil-lokalità tagħna tabilħaqq belt ċkejkna tal-karnival. Il-festi din is-sena jibdew kmieni - nhar il-Ġimgħa 25 ta' Jannar - u jibqgħu sejrin sa nhar it-Tlieta 5 ta' Frar. Għall-ewwel darba wkoll qed nippreżentaw, flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu, rock festival internazzjonali ta' tlett ijiem, bis-sehem ta' bosta gruppi rock, fosthom il-grupp Ingliż The Yardbirds, il-grupp popolari Svizzeru Krokus u l-grupp Kanadiż Coal.

F'isem sħabi fil-Kunsill Lokali u f'isem il-poplu kollu tal-lokalità, huwa ta' pjaċir tiegħi li nistieden lilek, lil familtek u lil ħbiebek biex tiġu tiċċelebraw magħna. Ħejjejna attivitajiet li jolqtu lil kulħadd u li għandhom jgħaqqduna f'ċelebrazzjoni waħda kbira. Għal programm dettaljat żur is-sit nadur.gov.mt.

Nittama li narawk in-Nadur.

2 comments:

Anonymous said...

Ghaziz Chris, nixtieq nirringrazzjak ta kemm irnexxilek tippromwovi l-kultura tradizzjonali li hallewlna missirijietna; il-karnival spontanju u uniku tan-Nadur Ghawdex. Bis-sahha tieghek il-Karnival sar wiehed mill-aktar avvenimenti f'Ghawdex mistennija b'hegga mill-Maltin u l-Ghawdxin. J'alla ikollok l-opportunita' li taghmel aktar gid u promozzjoni lill-gzira kollha t'Ghawdex.

Anonymous said...

Nixtieq l-ewwelnett nawgura il-karnival t tajjeb lil kuhadd. naf fi zgur li ha jigu hafna Maltin bi hgarhom al dan l-avveniment, ghax kull ma imur l-karnival tan-nadur qieghed dejjem jikber. Grazzi ghall-Karnival tan-Nadur, Ghawdex kollu igawdi mieghu ghax tista tghid jizdied hafna il-kummerc f'Ghawdex. Prosit lis-Sindku Chris talli irnexxilu jippromwovi l karnival tan nadur, anke fuq livell internazzjonali